Writers 2015


 Tamim Barghouthi (Palestine)

Tamim Barghouthi (Courtesy of Georgetown University)

Tamim Al-Barghouti was born in 1977 in Cairo, Egypt. He is a Palestinian Egyptian poet and political scientist. His father is the Palestinian poet Mourid Barghouti, and his mother is the Egyptian novelist and scholar, Radwa Ashour. Al-Barghouti is the author of four poetry collections: meejana (Ramallah 1999), Al-Manzar (Cairo 2000), Qaluli Bethebb Masr (Cairo 2005), and Maqam Iraq (Cairo 2005). He is also the author of Benign Nationalism: Egyptian Nation State Building under Occupation (2007) and in 2008 he published a book entitled The Umma and The Dawla: The Nation State and the Arab Middle East (Pluto Press, 2008).

Al-Barghouti writes poetry in Standard Arabic as well as the Palestinian, Egyptian and Iraqi colloquial dialects. He obtained a B.A. in Political Science at Cairo University in 1999, and specialized in International Relations at the American University in Cairo, from which he graduated in 2001. He received a PhD in political science from Boston University in 2004. During 2003 and 2004, he wrote a weekly column in the Lebanese Daily Star newspaper on colonialism and Arab history and identity.

During 1996 and 1997, he won the music prize of his faculty at Cairo University. The faculty awarded him the poetry prize in 1998. During that same year, he won the poetry medal of the High Institute of Applied Arts. In 2000, he received the poetry prize of the Regional Cultural Foundation in Marrakech, Morocco.

He was a visiting Assistant Professor at Georgetown University’s Center for Contemporary Arab Studies, between 2008 and 2011, where he taught Comparative Politics of the Middle East, Arab nationalism, and Islamic political thought.

Al-Barghouti appeared in the first season of the television poetry competition Prince of Poets, becoming popular among Palestinians.

Tamim Al-Barghouti twieled fl-1977 fil-Kajr, l-Eġittu. Huwa poeta Palestinjan-Eġizzjan u politologu. Missieru huwa l-poeta Palestinjan Mourid Barghouti, waqt li ommu hija r-rumanziera u studjuża Eġizzjana Radwa Ashour. Al-Barghouti huwa l-awtur ta’ erba’ kollezzjonijiet ta’ poeżija: meejana (Ramallah 1999), Al-Manzar (Kajr 2000), Qaluli Bethebb Masr (Kajr 2005), u Maqam Iraq (Kajr 2005).

Huwa wkoll l-awtur ta’ Benign Nationalism: Egyptian Nation State Building under Occupation (2007). Fl-2008 ippubblika l-ktieb The Umma and The Dawla: The Nation State and the Arab Middle East (Pluto Press).

Al-Barghouti jikteb il-poeżija bl-Għarbi Standard, u bid-djaletti tal-Palestina, tal-Eġittu u tal-Iraq. Kiseb B.A. fix-Xjenza Politika mill-Università tal-Kajr fl-1999, u speċjalizza fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università Amerikana tal-Kajr, minn fejn iggradwa fl-2001. Fl-2004, ngħata Ph.D fix-xjenza politika mill-Università ta’ Boston. Bejn l-2003 u l-2004 kiteb artikli kull ġimgħa fil-gazzetta Lebaniża Daily Star, li fihom ittratta s-suġġetti tal-kolonjaliżmu, tal-istorja u tal-identità Għarbija.

Fl-1996 rebaħ il-premju mużikali tal-fakultà tiegħu fl-Università tal-Kajr, filwaqt li sena wara ngħata l-premju tal-poeżija. Fl-istess sena, rebaħ il-midalja għall-poeżija tal-Istitut Għoli għall-Arti Applikata. Fis-sena 2000, ingħata l-premju tal-poeżija mill-Fondazzjoni Kulturali Reġjonali ta’ Marrakech, fil-Marokk.

Bejn l-2008 u 2011 ħadem bħala Assistent Professur fiċ-Ċentru tal-Istudji Għarab Kontemporanji fl-Università ta’ Georgetown, Washington, u għallem il-Politika Komparata tal-Lvant Nofsani, in-Nazzjonaliżmu Għarbi, u l-Ħsieb Politiku Iżlamiku.


John Bonello (Malta)

john bonello
John Bonello

John Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy Il-Logħba tal-Allat and the time-travelling duology for adults Unus Mundus. In 2015 he published his first detective novel for children. He has been married to Karen since 2001 and they have two boys, Luke and Ben, named after his favourite Star Wars characters. John works as a Technical Writer in the software industry, maintains a blog about creative writing in Maltese, is very passionate about fantasy and sci-fi genres, progressive rock and table tennis, writes almost every day . . . and when he writes about himself he usually does so in third person. Learn more about him at http://www.johnabonello.com

John Bonello huwa l-awtur tat-triloġija Il-Logħba tal-Allat għall-adolexxenti li jħobbu l-ġeneru tal-fantażija. It-tieni u t-tielet ktieb ta’ din it-triloġija rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2011 u l-2013. Kiteb ukoll Unus Mundus, li jivvjaġġa fiż-żmien. Din is-sena ppubblika Il-Każ Manduca, l-ewwel rumanz fil-ġeneru tad-ditektivs għat-tfal.

Iżżewweġ lil Karen fl-2001 u għandhom żewġ subien, Luke u Ben, imsemmija għall-karattri favoriti tagħhom minn Star Wars. John jaħdem bħala Technical Writer fl-industrija tal-informatika u għandu blogg fuq il-kitba kreattiva Maltija. Il-passjonijiet tiegħu jinkludu il-kitba tal-fantażija u l-fantaxjenza, il-mużika rock progressiva, u t-table tennis. Jikteb kważi kuljum. Meta jikteb fuqu nnifsu dejjem jagħmel hekk fit-tielet persuna.  www.johnabonello.com


 Norbert Bugeja (Malta)

Norbert Bugeja
Norbert Bugeja

Poet and academic Norbert Bugeja (1980) has published three volumes of verse, South of the Kasbah (Midsea Books, 2015, funded by the Malta Arts Fund), Bliet (Edizzjonijiet Emma Delezio, 2009) and Stay Fairy Tale Stay! (Inizjamed and Midsea Books, 2005). He has read his poetry at numerous international literature festivals, and his scholarly research has been published by major international academic publishers. Norbert has lectured at the universities of Warwick, Kent, and Malta, and is currently convening the Mediterranean Fractures Symposium (University of Malta, 5-6 November 2015) in collaboration with the University of Kent and the Associazione Italiana di Studi sulle Culture e Letterature di Lingua Inglese (AISCLI).

Norbert Bugeja (1980) huwa poeta u akkademiku. Huwa ppubblika tliet kotba ta’ poeżija, South of the Kasbah (Midsea Books, 2015, iffinanzjat mill-Malta Arts Fund), Bliet (Edizzjonijiet Emma Delezio, 2009) u Stay Fairy Tale Stay! (Inizjamed u Midsea Books, 2005). Qara l-versi tiegħu f’diversi festivals letterarji internazzjonali, u r-riċerka akkademika tiegħu ġiet ippubblikata minn pubblikaturi akkademiċi internazzjonali ewlenin. Norbert Bugeja għallem fl-Universitajiet ta’ Warwick, Kent u Malta. Bħalissa qiegħed jorganizza s-Simpożju Mediterranean Fractures li se jittella’ fl-Università ta’ Malta bejn il-5 u s-6 ta’ Novembru bil-kollaborazzjoni tal-Università ta’ Kent u l-Associazione Italiana di Studi sulle Culture e Letterature di Lingua Inglese (AISCLI).


Efe Duyan (Turkey)

Efe Duyan
Efe Duyan

Efe Duyan is a poet and architect (b. 1981, İstanbul, Turkey). He studied architecture and philosophy in Middle East Technical University (B.A.), History and Theory of Architecture in Yıldız Technical University (M.S.) and History of Architecture in Mimar Sinan Fine Arts University (PhD).

He is currently teaching history of architecture at Mimar Sinan Fine Arts University. His fields of interest are theory of architecture, ‘critical architecture’, ‘undesigned spaces’ and architectural texts.

As a poet he has been invited to several workshops, readings and international organizations including Word-Express Project, Edinburgh Book Festival, London Book Fair, Berlin Poetry Festival, Lodeve Poetry Festival and Riga Poetry Days.

Some of his poems have been translated into Bosnian, Czech, Chinese, Danish, English, Estonian, French, Greek, German, Hebrew, Hungarian, Italian, Slovenian, Croatian, Latvian, Lithuanian, Rumanian, Macedonian, Occitan, Ukrainian and Welsh.

His poetry collections are “Takas” (with Kemal Özer, 2006) and “Tek Şiirlik Aşklar” (2012). “The Construction of Characters in Nâzım Hikmet’s Poetry” has been published in 2008. Edited a comtemporary poetry collection “Bir Benden Bir O’ndan” (2010) and “Architecture and Autonomy” (2014).

Efe Duyan twieled fl-1980 f’Istanbul, it-Turkija, u huwa poeta u perit. Studja l-arkitettura u l-filosofija fl-Università Teknika tal-Lvant Nofsani (B.A.), l-Istorja u t-Teorija tal-Arkitettura fl-Università Teknika ta’ Yildiz (M.S.), u l-Istorja tal-Arkitettura fl-Università tal-Arti Għolja ta’ Mimar (PhD), u bħalissa qiegħed jgħallem l-istorja tal-arkitettura f’din l-Università. Jagħmel ir-riċerka tiegħu l-aktar fl-oqsma tat-teorija tal-arkitettura, ‘l-arkitettura kritika’, ‘spazji mhux disinjati’, u testi arkitettoniċi.

Bħala poeta ġie mistieden għal diversi workshops, qari ta’ xogħlu, u organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom Word-Express Project, Edinburgh Book Festival, London Book Fair, Berlin Poetry Festival, Lodève Poetry Festival, u Riga Poetry Days.

Uħud mill-poeżiji tiegħu ġew tradotti għall-Bożnijak, iċ-Ċek, iċ-Ċiniż, id-Daniż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Franċiż, il-Grieg, il-Ġermaniż, l-Ebrajk, l-Ungeriż, it-Taljan, is-Sloven, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwen, ir-Rumen, il-Maċedonu, l-Oċċitan, l-Ukren, u l-Welsh.

Il-kollezzjonijiet ta’ poeżiji tiegħu huma Takas (flimkien ma’ Kemal Özer, 2006) u Tek Şiirlik Aşklar (2012). The Construction of Characters in Nâzım Hikmet’s Poetry ġie ppubblikat fl-2008. Efe Duyan kien l-editur ta’ kollezzjonijiet ta’ poeżija kontemporanja Bir Benden Bir O’ndan” (2010) u Architecture and Autonomy (2014).


Moëz Majed (Tunisia)

Moëz Majed
Moëz Majed

Born in Tunis on 16 June 1973, Moëz Majed is the son of the poet and intellectual Jaâfar Majed. He studied biology at the Faculty of Sciences of Tunis, obtaining a DEA (equivalent to M. Phil.) in 1998. He then moved to France. After a stint at the National Museum of Natural History in Paris, he pursued his studies, obtaining in 2000 a Masters’ degree in Management from the Ecole Centrale in Lille.

Moez Majed’s literary career began in 1997 with the publication of his first collection of poems entitled L’Ombre… la lumière (Editions Arabesques, Tunis). It was after the publication of his second collection, Les reveries d’un cerisieren fleurs in 2008 (Contraste Edition, Sousse) that he became an established poet. September 2010 saw the publication of his third book, L’Ambition d’un verger (L’Harmattan, Paris), with a preface by Patrick Voisin.In 2011, he won the Paul Verlaine poetry contest with Special Mention for free verse. Gisants, his fourth poetry collection,was published by Fata Morgana in 2012. In 2014 Fata Morgana published Majed’s fifth book, entitled Chants de l’autrerive.

Following the death of his father on 14 December  2009, Moëz took over the publishing business that Jaâfar Majedhad started back in 1994. In 2011, he founded a monthly news magazine, entitled Opinions Magazine,which very quickly established itself as a high-quality publication, one of the most serious in Tunisia’s publishing landscape.

Imwieled f’Tuneż f’Ġunju tal-1973, Moëz Majed huwa iben il-poeta u intellettwali Jaâfar Majed. Studja l-bijoloġija fil-Fakultà tax-Xjenza ta’ Tunis fejn kiseb DEA (ekwivalenti ta’ M. Phil.) fl-1998. Għex Franza, fejn wara ftit żmien jaħdem fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali f’Pariġi, kompla l-istudji tiegħu fis-sena 2000 b’Maġisteru fil-Management fl-École centrale ta’ Lille.

Il-karriera letterarja ta’ Moëz Majed bdiet fl-1997 bil-pubblikazzjoni tal-ewwel ġabra tiegħu, L’Ombre… la lumière, ippubblikata minn Editions Arabesques (Tuneż). Kien wara l-pubblikazzjoni tat-tieni ġabra tiegħu fl-2008, bl-isem ta’ Les Rêveries d’un cerisier en fleurs (Contraste Edition, Sousse) li Moëz Majed beda jitqies bħala poeta stabbilit. F’Settembru tal-2010 ħarġet it-tielet ġabra tiegħu, L’Ambition d’un verger (L’Harmattan, Pariġi), b’daħla ta’ Patrick Voisin. Fl-2011, rebaħ il-kompetizzjoni tal-poeżija Paul Verlaine b’Tismija Speċjali mill-ġurija għall-vers ħieles. Gisants, ir-raba’ ġabra ta’ poeżiji, ġiet ippubblikata fl-2012 minn Fata Morgana. Fl-2014, deher il-ktieb Chants de l’autre rive (Fata Morgana).

Wara l-mewt ta’Jaâfar Majed, Moëz ħa f’idejh ix-xogħol ta’ pubblikazzjoni li missieru kien beda fl-1994. Fl-2011, waqqaf rivista ta’ tagħrif ġenerali bl-isem ta’ Opinions Magazine. Din ir-rivista, li tidher kull xahar, malajr stabbiliet ruħha bħala waħda mill-pubblikazzjonijiet l-iktar serji u esiġenti fix-xena editorjali Tuniżina.

Moëz MAJED. Né à Tunis le 16 juin 1973, Moëz Majed est le fils du poète et intellectuel Jaâfar Majed. Il fit des études de biologie à la faculté des sciences de Tunis où obtient en 1998 un DEA et s’installe ensuite en France où, après un passage au Muséum National d’Histoire Naturelle de Paris, il complète son cursus par un master en management à l’École centrale de Lille en 2000. La carrière littéraire de Moëz Majed commence dès 1997 avec la parution de son premier recueil, L’Ombre… la lumière, aux éditions Arabesques (Tunis).

C’est avec son deuxième recueil, publié en 2008 chez Contraste Édition (Sousse) et intitulé Les Rêveries d’un cerisier en fleurs que Moëz Majed accède au statut de poète confirmé. Puis en septembre 2010 paraît aux éditions L’Harmattan (Paris) son troisième recueil, L’Ambition d’un verger, préfacé par Patrick Voisin. En 2011, il est lauréat du concours de poésie Paul Verlaine 2011 avec « mention spéciale du jury – poésie libre ». Gisants, son quatrième ouvrage poétique est publié chez Fata Morgana en 2012. En 2014 paraît également chez Fata Morgana « Chants de l’autre rive »

Après le décès de son père, le poète Jaâfar Majed le 14 décembre 2009, Moëz a repris l’activité d’édition que ce dernier avait lancée en 1994. En 2011, il fonde « Opinions Magazine », un mensuel d’information générale qui s’est très rapidement imposé dans le paysage éditorial tunisien comme l’un des titres les plus sérieux et les plus exigeants de la place.


Hisham Matar (UK/Libya)

(Hisham Matar (The Daily Telegraph. Portrait of Libyan novelist Hisham Matar, whose father was kidnapped in Cairo in 1990 and has never been found. Photographed in Holland Park, west London. Thursday January 28, 2010.
Hisham Matar (The Daily Telegraph)

Hisham Matar was born in New York City to Libyan parents and spent his childhood first in Tripoli and then in Cairo. His first novel, In the Country of Men, was shortlisted for the Man Booker Prize 2006, the Guardian First Book Award and the National Book Critics Circle Award in the US. It won six international literary awards, including the Commonwealth Writers’ Prize Best First Book award for Europe and South Asia, the Royal Society of Literature Ondaatje Prize and the inaugural Arab American Book Award. It has been translated into twenty-eight languages. His second novel, Anatomy of a Disappearance, was published in 2011 to wide acclaim. He is a contributor to various periodicals, including The New Yorker and The Guardian. He is a Fellow of the Royal Society of Literature, and is currently the Weiss International Fellow in Literature and the Arts at Barnard College, Columbia University. He lives in London.

 

Hisham Matar twieled f’New York. Il-ġenituri tiegħu huma Libjani u qatta’ t-tfulija tiegħu l-ewwel fi Tripli u wara fil-Kajr. L-ewwel rumanz tiegħu, In the Country of Men, ġie nnominat għall-Man Booker Prize tal-2006, the Guardian First Book Award, u n-National Book Critics Circle Award fl-Istati Uniti. Ir-rumanz rebaħ sitt premjijiet letterarji internazzjonali, fosthom il-Commonwealth Writers’ Prize Best First Book fl-Ewropa u l-Asja ta’ Isfel, ir-Royal Society of Literature Ondaatje Prize, u l-premju inawgurali Arab American Book Award. L-istess rumanz ġie tradott fi tmienja u għoxrin lingwa. It-tieni rumanz tiegħu, Anatomy of a Disappearance, ġie ippubblikat fl-2011 u ġiet milqugħ tajjeb ħafna. Huwa wkoll kontributur ta’ diversi rivisti fosthom The New Yorker u The Guardian. Huwa Fellow fir-Royal Society of Literature, u Fellow fil-Weiss International in Literature and the Arts tal-Kulleġġ ta’ Barnard, fl-Università ta’ Columbia. Hisham Matar jgħix Londra.


Nadia Mifsud (Malta/France)

nadia mifsud
Nadia Mifsud

Nadia Mifsud was born in Malta in 1976, but moved to France in 1998 (which may account for her feeling “definitely Maltese” on dull, rainy days, “almost entirely French” in springtime, “half-Maltese half-French” on ordinary days and none of the above the rest of the time).

Mifsud is particularly interested in feminist theory and literature (which surely does not explain her passion for Picasso), and is involved in various programmes that aim to encourage reading among children (she likes to attribute this to the fact that her Mum would reward her with books, not candy, when she was little).

Żugraga, her first collection of verse, written in Maltese, was published in December 2009. Her second collection of poems will be published in July 2015 (Edizzjoni Skarta). Other works have appeared in various anthologies. Mifsud works as a teacher and a literary translator. She is currently working on her first novel and a collection of short stories.

Nadia Mifsud twieldet Malta fl-1976, imma emigrat lejn Franza fl-1998 (li forsi jispjega l-fatt li tħossha “assolutament Maltija” fil-ġranet imsaħħba u bix-xita, “kważi kompletament Franċiża” fir-rebbiegħa, u ‘nofsha Maltija-nofsha Franċiża” fil-ġranet normali, u xejn minn dawn it-tlieta fil-bqija tal-ġranet tas-sena.)

Mifsud hija partikularment interessata fil-letteratura u t-teorija feminista (li ċertament ma jispjegax il-passjoni tagħha għal Picasso), u hija involuta f’diversi programmi li jinkuraġġixxu l-qari fost it-tfal (Nadia tħobb tgħid li dan l-involviment ġej mill-fatt li meta kienet għadha żgħira, ommha aktar kienet tħobb tagħtiha l-kotba bħala premju milli l-ħelu.)

Żugraga kienet l-ewwel ġabra tagħha ta’ versi miktuba bil-Malti, u ġiet ippubblikat f’Diċembru tal-2009.  It-tieni kollezzjoni tagħha ta’ poeżiji se jiġi ppubblikata f’Lulju tal-2015 (Edizzjoni Skarta). Xogħlijiet oħra tagħha dehru f’diversi antoloġiji. Mifsud taħdem bħala għalliema, u traduttriċi letterarja. Bħalissa qiegħda taħdem fuq l-ewwel rumanz tagħha u ġabra ta’ novelli.


Jana Putrle Srdić (Slovenia)

Jana Putrle Srdić
Jana Putrle Srdić

Jana Putrle Srdić, a poet and intermedia art producer, occasional writer of art film reviews and translator of poetry, lives in Ljubljana. She cooperated in different art projects, combining poetry with new media and published three poetry books: Kutine (Quinces, 2003); Lahko se zgodi karkoli (Anything could happen, 2007) and To noč bodo hrošči prilezli iz zemlje (This night the beetles will come out of the ground, 2014) at the same publisher: Centre for Slovenian Literature. Her writings are regularly included in Slovene literary magazines as well as abroad, her poems were translated into numerous languages and included in 15 Slovenian and world anthologies. The book in Spanish is entitled Puede pasar cualquier cosa (Buenos Aires, 2011). Another selection Anything could happen was published in 2014 by the New York publisher A Midsummer Night’s Press. Another two books are coming out in Bucharest and Madrid in 2015. In numerous countries around the world (South America, Russia, Europe) she appeared on poetry festivals or had a reading tour. Besides translating poetry from English, Russian and Serbian (Robert HassSapphireAna RistovićContemporary Russian Poetry), she worked as cultural manager for different organisations: Centre for Slovenian literature, Kapelica Gallery, Gulag Institute for Arts; and is still the co-developer of the last one. For 3 years she was leading literary conversations in Ljubljana’s night club Daktari.

Jana Putrle Srdić, li tgħix Ljubljana, is-Slovenja, hija poeta u produttriċi tal-arti; kultant tikteb reċensjonijiet ta’ films artistiċi, u tittraduċi l-poeżiji. Ħadet sehem f’diversi proġetti tal-arti, li fihom laqqgħet il-poeżija mal-mezzi ta’ espressjoni l-ġodda, u ppubblikat tliet kotba tal-poeżija: Kutine (Quinces, 2003); Lahko se zgodi karkoli (Kollox jista’ jiġri, 2007) u To noč bodo hrošči prilezli iz zemlje (Dal-lejl il-ħanfus se joħroġ mill-art, 2014) mal-istess pubblikatur, is-Centre for Slovenian Literature. Il-kitbiet tagħha jidhru regolarment f’rivisti letterarji Sloveni, kif ukoll barra minn pajjiżha, waqt li l-poeżiji tagħha nqalbu f’diversi lingwi u ġew inklużi fi ħmistax-il antoloġija Slovena u internazzjonali. Il-ġabra tagħha tradotta bl-Ispanjol jismu Puede pasar cualquier cosa (Buenos Aires, 2011). Selezzjoni oħra Anything could happen, ġiet pubblikata fl-2014 mill-pubblikaturi minn New York A Midsummer Night’s Press. Żewġ kotba oħra tagħha se joħorġu f’Bucharest u Madrid din is-sena. Ħadet sehem f’diversi festivals tal-poeżija madwar id-dinja (fl-Amerika Latina u l-Ewropa, fost l-oħrajn fir-Russja), u daret diversi pajjiżi taqra xogħlijiet minn tagħha. Minbarra li ttraduċiet poeżiji mill-Ingliż, mir-Russu u s-Serb (Robert HassSapphireAna Ristovićpoeżija Russa kontemporanja), ħadmet bħala manager kulturali għal diversi organizzazzjonijiet fosthom is-Centre for Slovenian literature u l-Kapelica Gallery, u għandha rwol ċentrali fil-Gulag Institute for Arts. Għal tliet snin mexxiet diskussjonijiet letterarji fin-nightclub Daktari f’Ljubjlana.


James Vella (UK/Malta)

James Vella

James Vella is the author of Devourings, a collection of short stories. Vella is British, of Maltese descent. His spent time in both territories, his own fascination with travel – and the “dream travels” that real-world wanderings can stir in the imagination – has informed much of his writing. Also a lyricist and accomplished musician, Vella has received critical acclaim for his songs. He lives in Brighton, where he works in the music industry. Vella’s debut novel will follow the release of Devourings. 

James Vella huwa l-awtur ta’ Devourings, li huwa l-ewwel ġabra ta’ novelli ta’ dan il-kittieb. Vella huwa Brittaniku b’dixxidenza Maltija. Huwa qatta’ ħafna żmien bejn dawn iż-żewġ artijiet. Kitbietu huma nfluwenzati ħafna min-namra tiegħu tal-ivvjaġġar u l–ħolm ta’ vjaġġi li l-vjaġġi nnifishom qanqlu fih. Vella huwa wkoll liriċista, u mużiċista. Il-kanzunetti ta’ Vella intlaqgħu tajjeb minn diversi kritiċi. Huwa jgħix fi Brighton fejn jaħdem fl-industrija tal-mużika. It-tieni xogħol letterarju ta’ Vella wara Devourings se jkun rumanz. Isma’ din l-istorja.


Marina Warner (UK)

mwportrait1hires
Marina Warner (by Dan Welldon)

Marina Warner’s mother was Italian and her father an English bookseller.  She was brought up in Egypt, Belgium, and Cambridge, England. She has been a writer since she was young, specialising in mythology and fairy-tales, with an emphasis on the part women play in them. Her award-winning books include Alone of All Her Sex: The Myth and the Cult of the Virgin Mary (1976), Joan of Arc: The Image of Female Heroism (1982), From the Beast to the Blonde (1994), and No Go the Bogeyman (1998). Her novels include The Lost Father (1988; shortlisted for the Booker prize), and in 2000, The Leto Bundle (2000). Her latest book is Once Upon a Time: A Short History of Fairy Tale (OUP, 2014). She chaired the judges of the Man Booker International Prize for 2015. A collection of short stories, Fly Away Home, will be published this autumn. She was made DBE for services to higher education and literature, and was awarded the Holberg Prize in the Humanities in 2015. She is writing a memoir-cum-novel set in Cairo in the Fifties.

Omm Marina Warner kienet Taljana, waqt li missierha kien bejjiegħ tal-kotba Ingliż. Trabbiet fl-Eġittu, il-Belġju, u Cambridge, l-Ingilterra. Marina Warner ilha tikteb minn mindu kienet żgħira, u speċjalizzat fil-mitoloġija u l-ħrejjef, b’enfasi fuq l-element femminili tagħhom. Kotba tagħha li ġew ippremjajti jinkludu Alone of All Her Sex: The Myth and the Cult of the Virgin Mary (1976), Joan of Arc: The Image of Female Heroism (1982), From the Beast to the Blonde (1994), and No Go the Bogeyman (1998). In-novelli tagħha jinkludu The Lost Father (nominat għall-Booker Prize) li ħareġ fl-1988, u The Leto Bundle, li ħareġ fis-sena 2000. L-aħħar ktieb tagħha huwa Once Upon a Time: A Short History of Fairy Tale (OUP, 2014). Ġabra ta’ stejjer qosra Fly Away Home, ippubblikata minn Salt, se toħroġ fil-ħarifa tal-2015. Il-Prof. Warner mexxiet il-ġurija tal-Man Booker International Prize tal-2015. Ingħatat it-titlu DBE għall-ħidma tagħha fl-oqsma tal-Edukazzjoni u l-Letteratura, u l-premju Holberg fil-qasam tal-Umaniżmu (2015). Bħalissa qiegħda tikteb rumanz li huwa wkoll memoir ambjentat fis-snin Ħamsin fil-Kajr.


Trevor Żahra (Malta)

trevor zahra
Trevor Żahra

Trevor Żahra was born on the 16th December 1947 at Zejtun (Malta). He has more than 130 publications to date which are all written in Maltese. His first children’s adventure, Il-Pulena tad-Deheb (The Golden Figurehead) was published in 1971. From that time onwards he never stopped writing novels, poems, workbooks and short stories. His first adult novel Taħt il-Weraq tal-Palm (Under the Palm Tree), won first prize in a 1974 novel competition. He holds the record for winning the National Literary Prize, most times for both children and adult fiction … fourteen times. On the 13 December 2004, H. E. the President of the Malta decorated him with the Medal for Service to the Republic, in recognition for his contribution towards children’s literature.is pleasant style of writing, full of humor and imaginative thinking, and his clear illustrative drawings that complement his writings make Żahra the most popular writer of children’s books in Malta.

Trevor Żahra twieled fis-16 ta’ Diċembru tal-1947 fiż-Żejtun. Sa issa ħareġ mal-130 pubblikazzjoni, kollha kemm bil-Malti. L-ewwel ktieb ta’ avventura tat-tfal li kiteb Il-Pulena tad-Deheb ġie ppubblikat fl-1971. Minn dakinhar ‘l hawn qatt ma waqaf jikteb rumanzi, poeżiji, workbook, u novelli. L-ewwel rumanz tiegħu għall-adulti, Taħt il-Weraq tal-Palm rebaħ l-ewwel premju f’kompetizzjoni ta’ rumanzi fis-sena 1974. Huwa l-aktar awtur Malti li rebaħ premjijiet fil-Premju Nazzjonali tal-Letteratura, kemm fil-qasam tat-tfal u kemm f’tal-adulti, erbatax-il darba. Fit-13 ta’ Diċembru, 2004, l-E.T. il-President ta’ Malta għaraf il-kontribut tiegħu lejn il-letteratura tat-tfal billi għoġbu jagħtih il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. L-istil ħelu tal-kitba tiegħu, mimli b’umoriżmu u immaġinazzjoni, u t-tpinġijiet tiegħu stess li jikkumplimentaw kitbietu, jagħmlu lil Żahra l-aktar awtur popolari f’Malta għall-kotba tat-tfal.


Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s