Media 2018

invite Fest 2018 press conf

Konferenza Stampa fil-11 ta’ Lulju

Inizjamed se torganizza konferenza stampa nhar il-11 ta’ Lulju biex tħabbar il-programm tat-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018. Il-konferenza se ssir fi Studio Solipsis ir-Rabat u tibda fin-12.30pm.

Ritratt - Giola Cassar 3
Ritratti ta’ Giola Cassar għal Inizjamed

 

Dan il-festival letterarju indipendenti organizzat minn Inizjamed se jittella’ l-Ħamis 23, il-Ġimgħa 24, u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, fil-Forti Manoel, Manoel Island, fit-8.00pm, bis-sehem ta’ awturi ewlenin fosthom Juana Adcock (Messiku/l-Ingilterra), Clare Azzopardi (Malta), Massimo Barilla (l-Italja), Jean-Rémy Gandon (Franza), Arjan Hut (l-Olanda), Laia López Manrique (Spanja), Caldon Mercieca (Malta), Teodor Reljić (Malta), Philip Sciberras (Malta), Sjón (l-Iżlanda), u Ali Thareb (l-Iraq).

Riratt - Giola Cassar 1

Din it-13-il edizzjoni tal-Festival u l-laboratorju tat-traduzzjoni qed jittellgħu minn Inizjamed bl-appoġġ sħiħ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti minn ftehim ta’ tliet snin magħruf bħala Cultural Agreement Partnership. Inizjamed tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill li qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-festival indipendenti.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm varjetà ta’ xorb għall-bejgħ u ikel maħdum minn CORE GREEN organic & fairtrade.

Ritratt - Giola Cassar 2

Il-Festival qed jikkollabora wkoll ma’ Literature Across Frontiers, il-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, u l-Fondazzjoni Manoel Island. Dan il-Festival ingħata rikonoxximent internazzjonali permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe, u dis-sena qed jissieħeb ukoll fil-proġett Ir-Rotta tal-Feniċi tal-Kunsill tal-Ewropa.

Dan huwa l-programm provviżorju tal-konferenza stampa. Fil-jiem li ġejjin naġġornawkom bil-programm sħiħ.

Merħba

Kelmtejn – Is-Sur Albert Marshall (Kunsill Malti għall-Arti)

Kelmtejn – Fondazzjoni Valletta 2018

Kelmtejn – Prof. Adrian Grima (Inizjamed)

L-awtriċi mistiedna Clare Azzopardi taqra silta minn xogħolha

Mistoqsijiet minn dawk preżenti

Bibita

Inizjamed minn din is-sena ssieħbet f’HELA (Hub for Excellency in the Literary Arts) – inizjattiva oħra ffinanzjata mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi. Dakinhar nieħdu l-opportunità biex inniedu wkoll HELA, fondazzjoni li qed taħdem biex il-letteratura Maltija tiġi rikonoxxuta anke barra minn Malta permezz ta’ ħidma mill-qrib bejn entitajiet lokali u barranin marbuta mal-qasam tal-ktieb.

 

​Leanne Ellul, Amministratriċi, Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta​


 

Advertisements