Kummenti

Mingħand Victor Fenech

victorfenechF’dawn l-aħħar tliet snin attendejt sitta mid-disa’ serati tal-Festival u qatt ma ħriġt diżappuntat. lbda biex, il-post jaffaxxinani; prosit lil min għażlu. Imbagħad dik li tisma’ assortiment ta’ kittieba minn diversi pajjiżi jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom f’diversi ilsna tħossok tinqata’ mill-insularità li kultant tista’ tħossok maqbud fiha. Il-‘vuċijiet’ ta’ kittieba Maltin u barranin flimkien joħolqu bħal panorama ta’ temi u stili li togħġobni, naturalment bix-xogħol iebes preparatorju li jsir fit-tul minn wara l-kwinti mit-tradutturi kollha.

Il-parteċipazzjoni mużikali u l-brejk ta’ “kwarta/siegħa” li jħalli lill-udjenza titkellem informalment mal-awturi, huma fatturi oħrajn pożittivi. Sentejn ilu kellna taqsima ta’ ‘short films’ minn madwar id-dinja li kienet tassew interessanti – immissjajtha, imma l-Festival m’għandux ikun replika tiegħu nnifsu minn sena għal oħra. Il-varjetà tridha, u importanti.

Nittama li l-Festival ikompli jiftaħ f’ritmi ġodda aktar ‘il quddiem, u mhux jaqta’ nifsu bħal bosta inizjattivi oħra fil-passat. Ta’ dan kollu prosit lill-grupp kollu.

Settembru 2012

_______________________

Mingħand Mario Azzopardi

mario.azzopardiDin is-sena (2012) il-Festival reġa’ irreġistra attendenza tajba u m’hemmx dubju li qed isiru sforzi intensivi biex dan l-avveniment annwali jibqa’ jirnexxi.  Il-pubbliċità tidher li qed tħalli l-effett, talinqas fost il-patruni tas-soltu.

L-introduzzjoni tal-mużika qed tagħni d-dinamika u qed tagħmel differenza. Fil-fatt, issa li l-Festival stabbilixxa ruħu daqshekk, jista’ jkun li ta’ min jaħseb biex jibdel xi ftit il-formola, ngħidu aħna b’siltiet drammatizzati.

Jista’ jkun ukoll li l-prożaturi jingħataw parir li jqassru l-interventi tagħhom u jippreżentaw siltiet aktar qosra differenti minflok silta twila waħda. Dan jgħin anki biex joħroġ profil iktar “komprensiv” tat-tematika tal-awturi rispettivi.

L-intervisti għandhom jibqgħu anzi, għandhom ikunu aktar inċiżivi u provokatorji.

Għandu jkun hemm xi forma ta’ prezzijiet imraħħsa għall-kotba. Il-prezzijiet mhux dejjem realistiċi.  Kien hemm “kotba” ta’ ftit faċċati li nbigħu bi prezz eżorbitanti.

Prosit lil kull min hu involut: faċli tikkummenta bħal ma jien nagħmel issa imma hi xi ħaġa kompletament differenti li torganizza.

Settembru 2012

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s