Dwar/About Inizjamed

Għarfien Nazzjonali 2000 – Youth in Society 2000 – Malta Web Awards – Malta Youth Awards – Maltese NGOs and the EU – NGOs in Malta – Our partners – Naħdmu bi sħab ma’ – Charter of Principles of the World Social Forum


Dwar Inizjamed

Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali mediterranja (irreġistrata bħala Għaqda Volontarja f’Malta, VO/0355) li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal-varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lilhinn. F’dan il-kuntest, “il-kultura” tirreferi ghall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop. (Culture means “those things that weave together our existence and help us make it meaningful.” minn Culture Can. What Culture Can Do For You produced by the Department of Culture, Arts and Leisure of Northern Ireland).

Uħud mill-inizjattivi ta’ Inizjamed huma marbutin mal-kitba kreattiva bil-Malti, fosthom l-organizzazzjoni ta’ workshops ma’ awturi magħrufin u festivals tal-letteratura, iżda dejjem ikun hemm interazzjoni ma’ forom oħra ta’ l-arti, bħat-teatru, il-mużika u l-arti viżiva. Isiru wkoll ħafna proġetti f’oqsma artistiċi u kulturali oħrajn.

Barra minn hekk, permezz tal-proġett internazzjonali Conectando Mundos, Inizjamed hija impenjata wkoll fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Globali permezz ta’ inizjattivi favur l-iżvilupp u l-koperazzjoni internazzjonali. F’Mejju ta’ l-2007 Inizjamed issieħbet fi SKOP (Solidarjetà u Koperazzjoni) – Il-Pjattaforma Nazzjonali ta’ l-NGDOs Maltin, l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam ta’ l-Iżvilupp.

Inizjamed titmexxa minn grupp ta’ artisti u attivisti li jikkoordinaw għadd ta’ proġetti kulturali li fihom jieħdu sehem dawk kollha, Maltin u barranin, li huma interessati fl-inizjattivi differenti. Din l-istruttura miftuħa tgħin biex il-grupp ma jingħalaqx fih innifsu u jkun kapaċi jiġġedded kontinwament.

Il-grupp ta’ ħamsa min-nies eletti kull sentejn li jikkoordina l-ħidma jara li l-inizjattivi jkunu jaqblu ma’ l-għanijiet u l-ispirtu ta’ l-organizzazzjoni u jinvolvi lil għadd ta’ nies oħra fit-twettiq tal-proġetti. Għaldaqstant, filwaqt li l-koordinazzjoni ġenerali tinsab f’idejn ħamsa min-nies li jagħżlu u jagħtu d-direzzjoni lill-inizjattivi, il-parteċipanti fil-proġetti u dawk li jmexxuhom jistgħu jkunu dawk kollha li jaqblu mad-direzzjoni ta’ l-organizzazzjoni.

Fuq livell lokali, Inizjamed hija membru affiljat tal-Forum għall-Ġustizzja u l-Koperazzjoni magħmul mill-Grupp għat-Tielet Dinja, Kopin u l-Koperattiva Kummerċ Ġust, u taħdem mill-qrib ma’ dawn l-organizzazzjonijiet u oħrajn fuq inizjattivi favur il-ġustizzja u l-paċi, favur il-ħarsien tal-wirt kulturali u ambjentali ta’ Malta, u favur il-kummerċ ġust. Hija wkoll membru ta’ SKOP – Il-Pjattaforma Nazzjonali ta’ l-NGDOs Maltin u n-Network Maltija tal-Fondazzjoni Anna Lindh.

Inizjamed kienet impenjata fil-Koalizzjoni EkoLoġika favur l-ambjent fix-Xagħra l-Ħamra f’Għajntuffieħa u Ta’ Ċenċ f’Għawdex u kienet attiva fil-Front Kontra l-Korsa tal-Golf f’Tal-Virtù.

Fuq livell internazzjonali, Inizjamed hija membru ta’ l-Għaqda Internazzjonali li tmexxi l-Bjennali ta’ l-Artisti Żgħażagħ mill-Ewropa u l-Mediterran u firmatarja tal-Karta tal-Prinċipji tal-Forum Soċjali Dinji. Għadd ta’ artisti u attivisti rrappreżentaw lil Inizjamed f’manifestazzjonijiet artistiċi u kulturali ewlenin, bħall-bjennali li saru f’Ruma (1999), Turin (2000), Sarajevo (2001), Ateni (2003) u Napli (2005), fl-ewwel Forum Soċjali Ewropew (Firenze, 2002) u f’għadd ta’ seminars u workshops fil-Mediterran u fl-Ewropa ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, bħal “La Coopération culturelle dans l’Europe élargie” (Relais Culture Europe, Pariġi, 2004). Inizjamed hija wkoll involuta fi proġett artistiku bejn għadd ta’ stati żgħar ta’ l-Ewropa mmexxi minn San Marino.

Kemm ilha li twaqqfet Inizjamed mexxiet proġetti mifruxin fuq tul ta’ żmien bi sħab ma’ l-Unjoni Ewropea, il-British Council, il-UNESCO, Lariss u ARCI ta’ l-Italja, Literature Across Frontiers (proġett kbir Ewropew ibbażat fl-Università ta’ Wales), il-Gvern Malti, u għadd ta’ kunsilli lokali u organizzazzjoniet mhux governattivi Maltin, fosthom il-Grupp għat-Tielet Dinja, Kopin, Koperattiva Kummerċ Ġust, Moviment Graffitti, il-Fondazzjoni Gaia, is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati, iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, u START.

Uħud mill-proġetti ewlenin kienu Ktieb għall-Ħruq (2005), il-Festival Ngoma – African Sounds and Flavours (2005), Klandestini – Kittieba Emerġenti mill-Mediterran (2003-04), Rhythm Diversity – Mużika u Żfin Popolari fil-Mediterran (2004); Bokkaporti – Stejjer dwar ħafna xorti (2004], Bokkaporti Skejjel (2004), F’Kull Belt Hemm Kantuniera (2003), u Bliet (u Miti) (2002), Ri-Kreazzjoni (2002), Sħaba Gawwi (2000-02), Gżejjer (2001), Kitbiet mill-Mediterran (2000), u Fabbrikazzjoni (2000).

Dawn il-proġetti kollha jitmexxew minn voluntiera Maltin bl-appoġġ ta’ żgħażagħ Ewropej li jiġu Malta permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) tal-programm Żgħazagħ ta’ l-Unjoni Ewropea. Inizjamed tmexxi żewġ proġetti tas-Servizz Volontarju Ewropew: Creative Sustainability u Fair SHARE u s’issa ħadmu magħha tliet voluntiera mill-Italja, waħda minn Franza u wieħed mill-Ġermanja. F’dawn il-proġetti l-voluntiera jaħdmu wkoll mal-Koperattiva Kummerċ Ġust, l-unika organizzazzjoni tal-kummerċ ġust f’Malta.

F’Diċembru 2005 Inizjamed ingħatat premju għall-proġetti tagħha ta’ l-EVS fi ħdan il-programm ta’ l-Unjoni Ewropea “Żgħażagħ.” Il-premju ngħata lil Inizjamed mill-Aġenzija Nazzjonali Maltija tal-Programm Żgħażagħ bħala l-iktar organizzazzjoni Maltija li ilha tilqa’ voluntiera Ewropej.

Il-Gvern Malti għaraf kemm-il darba l-ħidma ta’ Inizjamed permezz ta’ nominazzjonijiet għall-premju Għarfien Nazzjonali – Żgħażagħ fis-Soċjetà. Fl-2001, Inizjamed ingħatat it-tieni post f’dan il-premju għall-ħidma tagħha matul is-sena 2000. Inizjamed ġiet innominata darbtejn oħra għal dan il-premju għax-xogħol li wettqet fl-1999 u fl-2003.

Bħala organizzazzjoni pubblikatriċi reġistrata, kemm ilha li twaqqfet Inizjamed ippubblikat numru ta’ kotba ta’ letteratura Maltija:

Isefra – l-istejjer ta’ poplu (1999)

Il-Millennju Jistenna lill-Maltin (1999)

Kitbiet mill-Mediterran (2000)

Gżejjer – letteratura mill-periferiji (2001)

Gżejjer ta’ Diversità Kulturali / Islands of Cultural Diversity (2001)

Bliet (u Miti) (2002)

F’Kull Belt Hemm Kantuniera (2003)

Ktieb għall-Ħruq (2005)

u sitt kotba, ma’ Midsea Books, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation:

Clare Azzopardi, Others, Across

Stanley Borg, Waiting for Green. Traffic Light Thoughts

Norbert Bugeja, Stay, Fairy Tale, Stay! Memoirs of a City Cast Adrift

Maria Grech Ganado, Memory Rape

Adrian Grima, The Tragedy of the Elephant

Simone Inguanez, Water, Fire, Earth and I

 

Inizjamed hija organizzazzjoni indipendenti li mhi marbuta ma’ ebda istituzzjoni.

Għal aktar tagħrif żur il-website ta’ Inizjamed: http://www.inizjamed.org

 

Adrian Grima

Inizjamed – Jannar 2006

Inizjamed ġiet rikonoxxuta bħala Għaqda Volontarja f’Malta skont il-Liġi tal-Għaqdiet Volontarji (Artiklu 14), Nru. tal-Identifikazzjoni VO/0355, fil-15 ta’ Jannar 2010.

Inizjamed hija rreġistrata mad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-VAT u n-numru huwa 1604 – 9021.


 

About Inizjamed

Inizjamed is a voluntary non-governmental cultural organization (registered as a Voluntary Organization in Malta, VO/0355) founded in 1998 in Malta that is committed towards the regeneration of culture and artistic expression in the Maltese Islands and actively promotes a greater awareness of the cultures of the Mediterranean. Inizjamed is a secular, non-partisan organization that acknowledges that every generation must seek to create its own language and both respond to realities of its day and look beyond them.

Inizjamed is a project-based organization whose lean internal structure reflects its emphasis on concrete action and fruitful collaboration with all those with whom it shares common goals. Inizjamed believes that cooperation and partnership are far more effective in the longterm than competition.

Ever since it was set up by a group of young men and women involved in different fields, Inizjamed has established strong partnerships with organizations and individuals both in Malta and in other countries. Inizjamed is

  • a founding member of the Association that runs the Biennial for Young Artists from Europe and the Mediterranean
  • an affiliate member of the Forum of Justice and Cooperation based in Malta.

Through its Global Citizenship Education programme Conectando Mundos, Inizjamed has widened its field of work towards issues of international development and cooperation. Since May 2007, Inizjamed is a member of SKOP (Solidarjetà u Koperazzjoni) – The National Platform of Maltese NGDOs.

Since it was founded in 1998, Inizjamed has been nominated three times for the Youth in Society prize awarded by the Government of Malta for the work it carried out in 1999, 2000 and 2003.. I has also run major projects funded by the European Union, the British Council, the University of Malta, and UNESCO.

Main Activities

  • literary encounters and performances mainly for emerging Maltese writers working in collaboration with artists from other fields
  • community arts projects
  • workshops led by internationally-renowned foreign authors
  • publication of Maltese literature in the original and in translation
  • training courses
  • long-term projects for young European volunteers
  • participates in international arts festivals and seminars about culture and the arts
  • works closely with other Maltese and foreign organizations

Internal Structure

The internal structure of Inizjamed is not a hierarchy with an executive committee and a pool of dormant members but rather

  • a central coordinating team of five persons
  • project coordinators who may or may not be members of the organization. The project coordinators bring with them competences, experiences and contacts that enrich both the participants and the organization itself.

Inizjamed also has

  • a team of Maltese and foreign Advisors who are experts in fields as diverse as sociology, the visual arts, cultural studies, the environment, development cooperation, fair trade, and design,
  • a Supervisory Board whose task it is to see that the organization’s structure and projects reflect its cultural manifesto and guiding principles.

Issues and Projects

In July 2002, Inizjamed organized a video forum about the issue of land in Palestine which was publicly supported by the Israeli peace organization Gush Shalom. In February 2003, Inizjamed endorsed the Charter of Principles of the World Social Forum.

Inizjamed actively promotes the participation of women, especially young women, in Maltese cultural initiatives. Many of the project coordinators are women, and a number of young women have emerged as cultural operators and writers. According to the Statute of the organization, at least two of the members of the Coordinating Team must be women and another two must be men.

Inizjamed has taken part in the last three editions of the Biennial for Young Artists from Europe and the Mediterranean held in Rome (June, 1999), Sarajevo (July, 2001) and Athens (June, 2003). This has allowed three theatre groups, one percussion ensemble, and a number of visual artists and writers to present their work in an important international event and to interact with other artists. This collaboration has led, for example, to the participation of Cypriot and Italian writers in the Klandestini multilateral project for emerging writers in the Mediterranean (2003-04) run by Inizjamed and the British Council.

In May 2001, architect Adrian Mifsud took part in an architecture workshop in Sarajevo to prepare for the biennial in July. Arci (Milano) were instrumental in making his participation possible.

In April, 2000, young Maltese writer Bernard Micallef was one of the ten European writers chosen by the curator of the festival’s literature section to take part in the Big Torino 2000 Biennial Exhibition of Young Creative Artists.

Inizjamed has also been nominated three times for a prize awarded by the Maltese Government to youth organizations for their contribution to society. In April 2001 Inizjamed won second place in this prize for its voluntary work during the year 2000. It was also nominated for its work during 1999 and 2003.

Inizjamed has organized evenings of innovative literature and music at the University of Malta in 1999 and 2000 and on the occasion of National Youth Day, 2000 in Freedom Square, Valletta.

In August 2000, Inizjamed presented a highly successful evening of Mediterranean music, literature and theatre called “Kitbiet mill-Mediterran” (Writings from the Mediterranean) at the University of Malta, with the participation of young artists from Malta, Reggio Calabria and Sardinia.

Ever since it was set up Inizjamed has been forging links with other Maltese NGOs, like the Third World Group, Kopin (Koperazzjoni Internazzjonali) and Koperattiva Kummerċ Ġust (Fair Trade Cooperative), who all members of the Forum for Justice and Cooperation, and with other socially committed NGOs abroad, like Arci in Italy and Carovana and Theatre en Vol in Sardinia. Inizjamed has worked closely with the Third World Group and Koperattiva Kummerċ Ġust, most notably on the African Week held mainly at the University of Malta in 1999. On an international level it is also an active member of the Archipelagos network of cultural NGOs in the Mediterranean. In 2000 and 2001, Inizjamed was involved in the Al Buio project run by Arci Catania and financed by the EU’s Culture 2000 programme.

In March 2000, Inizjamed put together an artistic activity called Fabbrikazzjoni which focused on the work experience of young factory workers in Malta, involving them both in the design of the event and in the production itself. Inizjamed expanded the Fabbrikazzjoni project by working together with a group of mainly female factory workers to physically recreate the atmosphere we normally associate with factories and to present an artistic and intellectual space to discuss the experience of young factory workers during the national Festażgħażagħ (Youth Fest) held in August, 2000.

Other projects in Malta included Sħaba Gawwi, a two-year multidisciplinary exploration of the figure of the seagull in the poetry of Maltese poet Marjanu Vella; Ri-Kreazzjoni, an EU-funded project for the re-use of discarded material to create traditional Maltese games,

Inizjamed has organized many creative writing workshops and performances with leading writers such as

  • Brazilian poet Jelson Oliveira (2000)
  • Scottish poet Kevin MacNeil (2001)
  • Welsh poetess Menna Elfyn (2002)
  • Galician poet Miro Villar (2002)
  • Spanish-English writer and cultural animator Mercedes Kemp (2003)
  • English dub poet Benjamin Zephaniah (2003)
  • Northern Island poetess Sinéad Morrissey (2003)

Inizjamed has also organized two courses held at the University for adults writing literature for children; a series of literature workshops for women writers, and a number of other projects.

Ongoing projects include

Bokkaporti (with UNESCO)

  • Bokkaporti Skejjel (with Klabb Kotba Maltin and St. James Cavalier)
  • Klandestini (with the British Council)
  • Archipelagos (with a number of Mediterranean partners)
  • Cultural Sustainability (EVS – Youth Programme, EU)
  • Fair SHARE (EVS – Youth programme, EU)
  • Rhythm Diversity (Euromed Youth programme, EU)

Then and Now

Inizjamed was founded in 1998 by writer and academic Adrian Grima ▪ sociologist and political activist Anna Zammit ▪ academic and social activist Vince Caruana ▪ theatre historian Marco Galea

The first coordinating team included actress and director Marcelle Teuma and architect and designer Adrian Mifsud.

The current members of the Coordinating Team of Inizjamed for the period January 2004 – December 2005 are:

Adrian Grima (Coordinator) ▪ Clare Azzopardi ▪ Stanley Borg ▪ Bernard Cauchi ▪ Marcelle Teuma

Karsten Xuereb is Projects Manager.

Alessandra Sciarra is working with Inizjamed until May 2004 as an EVS volunteer supported by the EU’s Youth Programme. Her sending organization is Arci Catania.

Inizjamed was officially enrolled as a Voluntary Organization in Malta according to the Voluntary Organisations Act (Article 14), Identification No. VO/0355 on 15th January 2010.

Inizjamed is officially registered with the VAT Department in Malta and our number is 1604 – 9021.

For information about every one of Inizjamed’s projects please visit the bilingual website http://www.inizjamed.org There is also an overview of Inizjamed in Italian.


 

Datastream Malta Web Awards (3rd edition)

The judges of the Datastream Malta Web Awards selected the Inizjamed website as one of the three finalists out of over a hundred entries in the Community, Voluntary & Non Profit category of the 3rd Edition of the DataStream Malta Web Awards. The other two finalists were Birdlife Malta (www.birdlifemalta.org) and Island Sanctuary Association (www.islandsanctuary.org). The winner in each category was announced during the awards ceremony held on 25th June 2004.

Inizjamed jigu t-Tieni

Inizjamed ghadha kemm inghatat rikonoxximent specjali ghall-hidmiet taghha matul is-sena 2000 mid-Dipartiment taz-Zghazagh u l-Isport tas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Edukazzjoni u l-Kultura. L-ghoti tal-Premju Gharfien Nazzjonali, Zghazagh fis-Socjetà sar waqt edizzjoni specjali tal-programm Xarabank tas-6 ta’ April, 2001.

Inizjamed, organizzazzjoni kulturali mediterranja li twaqqfet fl-1998, tibbaza l-progetti kulturali taghha fuq l-impenn socjali u politiku (fis-sens wiesa’) permezz ta’ l-arti u l-kultura. Fost il-progetti li wettqet Inizjamed fis-sena 2000 u li ghalihom inghatat dan l-gharfien kien hemm progett mifrux fuq ghadd ta’ xhur bl-isem ta’ Fabbrikazzjoni, li fih artisti u kittieba zghazagh stharrgu r-realtà tax-xoghol fil-fabbriki flimkien ma’ ghadd ta’ zghazagh li jahdmu fil-fabbriki.

F’April tas-sena 2000 inbeda l-progett multidixxiplinarju “Shaba Gawwi”, imnebbah mill-figura tal-gawwi fil-poezija ta’ Marjanu Vella u mill-impenn socjali tieghu. Dan il-progett digà gie pprezentat fil-pubbliku darbtejn u minnu hareg ukoll dokumentarju ta’ nofs siegha li ghandu jixxandar fuq stazzjon televiziv nazzjonali. Fis-sajf, imbaghad, ittellghet l-attività “Kitbiet mill-Mediterran” waqt il-festival Evenings on Campus bis-sehem ta’ artisti Maltin u ta’ kantawtur minn Sardenja, u attur u kittieb minn Reggio Calabria. Saru wkoll laqghat u inkontri ta’ kitba kreattiva f’Malta ma’ Costanza Ferrini, esperta fil-letteratura mediterranja, u ma’ Jelson Oliveira, poeta Braziljan li hu wkoll attivist ewlieni favur id-drittijiet tan-nies bla art fil-Brazil.

Fil-qasam internazzjonali, fis-sena 2000 gew approvati zewg progetti internazzjonali li fihom qed tiehu sehem Inizjamed u li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u proposti minn organizzazzjoni fil-Finlandja (“You and Me and the Future”) u ohra f’Katanja (“Al Buio. Per Chi non Vede l’Arte”), bhala parti mill-programmi “Zghazagh” u “Kultura”. F’April l-awtur Bernard Micallef intghazel biex jirrapprezenta lil Inizjamed u lil Malta fil-bjennale artistika prestigjuza, Big Torino 2000. Inizjamed hadet ukoll sehem f’laqghat importanti gewwa Barcellona u Biel, l-Isvizzera.

Inizjamed irceviet dan ir-rikonoxximent specjali flimkien ma’ l-organizzazzjoni Aegee. Il-Premju ntrebah mill-ECO.

April 2001

Adrian Grima

 

Inizjamed Place Second

Inizjamed has placed second in the annual Prize given to youth organizations by the Department of Youth and Sport of the Parliamentary Secretariat in the Ministry of Education and Culture. The prize was for work carried out in the year 2000 and was presented to the three award winning organizations during the edition of the popular TV programme Xarabank of 6 April, 2001

The mediterranean cultural organization Inizjamed, founded in 1998, bases it cultural projects on social and political commitment through art and culture in general. One of its projects carried out in 2000, the year for which the Prize was given, was Fabbrikazzjoni, a project in which young artists, writers and factory workers explored the reality of life in a factory and presented it to the public in March and August.

In April 2000, Inizjamed started its “Shaba Gawwi” (“A Cloud of Gulls”) two-year project inspired by the figure of the gull in the poetry of Marjanu Vella and by his social commitment. This project has already been presented in public twice, once in the place in Sliema where Fr. Marjanu worked for over thirty years and once at St. James Cavalier. A thirty-minute documentary about Marjanu Vella and the gull will be screened on national television in the coming weeks.

In summer, Inizjamed organized the evening of poetry, theatre and music, “Kitbiet mill-Mediterran” (“Writings from the Mediterranean”) during the summer festival Evenings on Campus. The guests of the evening were Sardinian singer-songwriter Mario Brai, actor Antonino Praticò and poet Massimo Barilla. Actors Marcelle Teuma and Ray Calleja and percussionist Renzo Spiteri also took part in the evening. Inizjamed also held meeting in Malta with Brazilian poet and activist in favour of land reform, Jelson Oliveira, and Costanza Ferrini, an expert on contemporary Mediterranean literature.

On the international front, in 2000 two projects in which Inizjamed is a partner were approved by the EU within the framework of the programmes “Youth” and “Culture”. These projects, “You and Me and the Future” and “Al Buio. Per Chi non Vede l’Arte”, are being managed by organizations in Finland and Catania. In April, Bernard Micallef was chosen to represent Inizjamed and Malta at the first edition of the major biennial exhibition called Big Torino 2000. Morevor, Inizjamed took part in meetings held in Barcelona and Biel, Switzerland.

Inizjamed received the second prize together with Aegee. The first prize was won by ECO.

Adrian Grima

April 2001


 

Charter of Principles of the World Social Forum

The committee of Brazilian organizations that conceived of, and organized, the first World Social Forum, held in Porto Alegre from January 25th to 30th, 2001, after evaluating the results of that Forum and the expectations it raised, consider it necessary and legitimate to draw up a Charter of Principles to guide the continued pursuit of that initiative. While the principles contained in this Charter – to be respected by all those who wish to take part in the process and to organize new editions of the World Social Forum – are a consolidation of the decisions that presided over the holding of the Porto Alegre Forum and ensured its success, they extend the reach of those decisions and define orientations that flow from their logic.

  1. The World Social Forum is an open meeting place for reflective thinking, democratic debate of ideas, formulation of proposals, free exchange of experiences and interlinking for effective action, by groups and movements of civil society that are opposed to neoliberalism and to domination of the world by capital and any form of imperialism, and are committed to building a planetary society directed towards fruitful relationships among Mankind and between it and the Earth.
  2. The World Social Forum at Porto Alegre was an event localized in time and place. From now on, in the certainty proclaimed at Porto Alegre that “another world is possible”, it becomes a permanent process of seeking and building alternatives, which cannot be reduced to the events supporting it.
  3. The World Social Forum is a world process. All the meetings that are held as part of this process have an international dimension.
  4. The alternatives proposed at the World Social Forum stand in opposition to a process of globalization commanded by the large multinational corporations and by the governments and international institutions at the service of those corporations’ interests, with the complicity of national governments. They are designed to ensure that globalization in solidarity will prevail as a new stage in world history. This will respect universal human rights, and those of all citizens – men and women – of all nations and the environment and will rest on democratic international systems and institutions at the service of social justice, equality and the sovereignty of peoples.
  5. The World Social Forum brings together and interlinks only organizations and movements of civil society from all the countries in the world, but intends neither to be a body representing world civil society.
  6. The meetings of the World Social Forum do not deliberate on behalf of the World Social Forum as a body. No-one, therefore, will be authorized, on behalf of any of the editions of the Forum, to express positions claiming to be those of all its participants. The participants in the Forum shall not be called on to take decisions as a body, whether by vote or acclamation, on declarations or proposals for action that would commit all, or the majority, of them and that propose to be taken as establishing positions of the Forum as a body. It thus does not constitute a locus of power to be disputed by the paarticipants in its meetings, nor does it intend to constitute the only option for interrelation and action by the organizations and movements that participate in it.
  7. Nonetheless, organizations or groups of organizations that participate in the Forum’s meetings must be assured the right, during such meetings, to deliberate on declarations or actions they may decide on, whether singly or in coordination with other participants. The World Social Forum undertakes to circulate such decisions widely by the means at its disposal, without directing, hierarchizing, censuring or restricting them, but as deliberations of the organizations or groups of organizations that made the decisions.
  8. The World Social Forum is a plural, diversified, non-confessional, non-governmental and non-party context that, in a decentralized fashion, interrelates organizations and movements engaged in concrete action at levels from the local to the international to built another world.
  9. The World Social Forum will always be a forum open to pluralism and to the diversity of activities and ways of engaging of the organizations and movements that decide to participate in it, as well as the diversity of genders, ethnicities, cultures, generations and physical capacities, providing they abide by this Charter of Principles. Neither party representations nor military organizations shall participate in the Forum. Government leaders and members of legislatures who accept the commitments of this Charter may be invited to participate in a personal capacity.
  10. The World Social Forum is opposed to all totalitarian and reductionist views of economy, development and history and to the use of violence as a means of social control by the State. It upholds respect for Human Rights, the practices of real democracy, participatory democracy, peaceful relations, in equality and solidarity, among people, ethnicities, genders and peoples, and condemns all forms of domination and all subjection of one person by another.
  11. As a forum for debate, the World Social Forum is a movement of ideas that prompts reflection, and the transparent circulation of the results of that reflection, on the mechanisms and instruments of domination by capital, on means and actions to resist and overcome that domination, and on the alternatives proposed to solve the problems of exclusion and social inequality that the process of capitalist globalization with its racist, sexist and environmentally destructive dimensions is creating internationally and within countries.
  12. As a framework for the exchange of experiences, the World Social Forum encourages understanding and mutual recognition among its participant organizations and movements, and places special value on the exchange among them, particularly on all that society is building to centre economic activity and political action on meeting the needs of people and respecting nature, in the present and for future generations.
  13. As a context for interrelations, the World Social Forum seeks to strengthen and create new national and international links among organizations and movements of society, that – in both public and private life – will increase the capacity for non-violent social resistance to the process of dehumanization the world is undergoing and to the violence used by the State, and reinforce the humanizing measures being taken by the action of these movements and organizations.
  14. The World Social Forum is a process that encourages its participant organizations and movements to situate their actions, from the local level to the national level and seeking active participation in international contexts, as issues of planetary citizenship, and to introduce onto the global agenda the change-inducing practices that they are experimenting in building a new world in solidarity.

APPROVED AND ADOPTED IN SÃO PAULO, ON APRIL 9, 2001, BY THE ORGANIZATIONS THAT MAKE UP THE WORLD SOCIAL FORUM ORGANIZATING COMMITTEE, APPROVED WITH MODIFICATIONS BY THE WORLD SOCIAL FORUM INTERNATIONAL COUNCIL ON JUNE 10, 2001.


 

Inizjamed Tingħata Premju Ieħor

Inizjamed ingħatat premju għall-proġetti tagħha ta’ l-EVS fi ħdan il-programm ta’ l-Unjoni Ewropea “Żgħażagħ.” Permezz ta’ dawn il-proġetti, “Creative Sustainability” u “Fair SHARE,” voluntiera Ewropej ta’ bejn it-18 u l-25 sena jagħmlu bejn 6 xhur u sena jagħmlu xogħol volontarju ma’ Inizjamed bl-appoġġ finanzjarju u loġistiku ta’ l-Unjoni Ewropea. Ix-xogħol tal-voluntiera jinkludi wkoll ħidma mal-Koperattiva Kummerċ Ġust li flimkien ma’ Inizjamed, il-Grupp għat-Tielet Dinja u Kopin hija msieħba fil-Forum għall-Ġustizzja u l-Koperazzjoni.

Il-premju ngħata lil Inizjamed, fil-preżenza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Sport. l-Onor. Louis Galea, bħala l-iktar organizzazzjoni Maltija li ilha tilqa’ l-voluntiera Ewropej mill-Aġenzija Nazzjonali Maltija tal-Programm Żgħażagħ. Il-Premjijiet għall-Programm Żgħażagħ ingħataw nhar it-Tnejn, 5 ta’ Diċembru, 2005, fl-uffiċċju ta’ l-Aġenzija f’36, Triq iz-Zekka, il-Belt Valletta.

 

Inizjamed receives Award for EVS Projects

The Malta Youth National Agency of the Youth Programme selected Inizjamed for the award given for BEST PRACTICE in Action 2, European Voluntary Service. The Malta Youth Programme Awards for 2005 were presented on Monday 5 December at the offices of the National Youth Agency at 36, Triq iz-Zekka, in Valletta. The Minister for Education, Youth and Employment, the Hon. Louis Galea, was also present.

Inizjamed runs two EVS projects, “Creative Sustainability” u “Fair SHARE,” and has hosted two volunteers from Italy, Alessandra Sciarra and Chiara Perucca, one from France, Alexia Papantchev, and one from Germany, Martin Schillig. In January 2005, another volunteer from Italy, Simona Lippi, will be arriving in Malta to work with Inizjamed for eight months.

 

Naħdmu bi Sħab ma’ / Our Partners

Koperattiva Kummerċ Ġust – Il-Ħanut L-Arka – Med2000 Project

Gaia Foundation – Grupp għat-Tielet Dinja/Third World Group – Ritmi

Kopin – The Archipelagos Network

Kunsill Lokali tal-Birgu

L-Unjoni Ewropea/European Union – The Youth Programme

ARCI – The British Council – Progetto Giovani, Comune di Padova

Poeżijaplus – Outlook Coop – Moviment Graffitti – Move!

Iċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu

St. James Cavalier Centre for Creativity

Jesuit Refugee Service (Malta)

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti – Malta Council for Culture and the Arts